Hemm iċ-ċans li Spanja se jkollha tmien timijiet li se jkunu qed jipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet Ewropej fl-istaġun li għadda. Seville għadhom kemm rebħu l-finali tal-UEFA Europa League kontra Roma u se jilagħbu fil-UEFA Champions League u se jingħaqdu ma’ Barcellona, Real Madrid, Atletico Madrid u Real Sociedad f’din il-kompetizzjoni prestiġġjuża.
Fl-istess waqt Osasuna, Athletic Bilbao, Girona u Rayo Vallecano mistennija jieħdu posthom fil-UEFA Europa u Conference League rispettivament.