Saturday, November 23, 2024

Spanja bl-ebda mwiet relatati mal-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa

Aqra wkoll

Għall-ewwel darba minn Marzu, Spanja ma rrapportat l-ebda każi ta’ mwiet kaġun tal-Covid-19.

Il-Ministeru Spanjol għas-Saħħa qal li matul l-aħħar 24 siegħa n-numru ta’ każi ġodda ta’ persuni li ġew infettati bil-virus żdied b’71 każ għal 239,638.

Intant Fernando Simom, il-kap għar-rispons ta’ emerġenza tas-saħħa iddeskriva l-aħħar żviluppu bħala inkoraġġanti ħafna.

Spanja kienet fost l-aktar pajjiżi madwar id-dinja li ntlaqtet kaġun tal-pandemija tal-Covid-19, b’aktar minn 27,000 persuna tisfa vittma tal-virus.

Intant l-Italja, li wkoll kienet fost l-aktar li ġarrbet il-qilla tal-pandemija rrapportat 71 każ ta’ mwiet relatati mal-Covid-19 u 178 każ ġdid ta’ persuni pożittivi. Dan huwa l-iżgħar numru reġistrat mill-bidu tal-pandemija.

Sport