Sunday, December 22, 2024

Spanja fil-finali tal-UEFA Nations League … iwaqqfu s-sensiela tat-Taljani ta’ 37 partita bla telfa

Aqra wkoll

ITALJA………..1

SPANJA……….2

Spanja għaddew għall-finali tal-UEFA Nations League meta fis-semi-finali għelbu lill-Italja bl-iskor ta’ 2-1 biex waq­qfulhom is-sensiela pożittiva ta’ 37 partita mingħajr telfa.

Issa huma jilagħbu kontra r-rebbieħ tal-lum bejn il-Belġju u Franza.

Spanja fetħu l-iskor fis-17-il minuta meta  Marcos Alonso għadda  lejn  Mikel Oyarzabal li xeħet lejn Ferran Torres li kien ġej bil-ġirja u spara fir-rokna tax-xibka.

Żewġ minuti wara, l-Ispanjoli kienu għoddhom irduppjaw meta mix-xutt ta’ Alonso, il-goalkeeper Gian­luigi Donnarumma ħa­rablu l-ballun iżda ħabat mal-wieqfa biex Leonardo Bonucci biegħed il-periklu.

Imbagħad, fl-34 minuta kien imiss lit-Taljan Federi­co Bernardeschi li jiġi mċaħ­ħad mil-lasta … biex fit-42 minuta tkeċċa Leonardo Bonucci għat-Taljani meta ntwera t-tieni karta safra wara li ta daqqa ta’ minkeb lil Sergio Busquets waqt li kienu qed jogħlew għall- ballun.

U biex l-affarijiet ikomplu jeħżienu għall-Azzurri, fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Spanja skorjaw it-tieni goal bil-protagonista jerġa jkun Ferran Torres li kkonkluda bir-ras mill-cross ta’ Oyarzabal.

Fit-tieni taqsima, l-Ispanjoli kienu fil-kontroll tal- partita iżda seba’ minuti mit-tmiem, it-Taljani naqqsu l-marġni tal-iskor meta minn azzjoni ta’ corner, Lorenzo Pellegrini xeħet f’xikba vojta …..

Ekonomija

Sport