Wieħed mit-timijet sorpriża ta’ din l-edizzjoni, il-Marokk, jiffaċċjaw lil Spanja li huma fost il-favoriti li jgħollu t-Tazza tad-Dinja.
Il-Marokk ikkwalifikaw għall-Aħħar 16 għat-tieni darba biss fl-istorja tagħhom, wara li għelbu lill-Kanada bl-iskor 2-1 filwaqt li l-Kroazja u l-Belġju temmew fi draw biex dawn tal-aħħar irritornaw f’pajjiżhom.
L-aħħar darba li huma kienu fl-Aħħar 16 kienet fl-1986, fejn tilfu 1-0 kontra l-Ġermanja tal-Punent.
It-telfa ta’ Spanja ta’ 2-1 kontra l-Ġappun fl-aħħar logħba tal-grupp fissret li spiċċaw fit-tieni post fi Grupp E.
Erba’ snin ilu ma tantx marru tajjeb minħabba li ġew eliminati fir-round tal-Aħħar 16 iżda l-aħħar darba li għaddew għall-kwarti-finali kienet fl-2010 … fejn baqgħu sejrin jirbħu dan l-unur tant prestiġjuż.
Għall-Marokk, il-goalkeeper Yassine Bounou, mistenni jirritorna fil-formazzjoni inizjali wara li kien ma jiflaħx filwaqt li Achraf Hakimi mistenni jkun f’siktu wara li kellu uġiegħ fl-għaksa. Sofyan Amrabat u Sofiane Boufal mistennija jibdew mill-bidu wara li ngħataw perjodu ta’ mistrieh minħabba fastidju muskolari.
Min-naħa ta’ Spanja, it-trio Dani Olmo, David Raya u Cesar Azpilicueta ġew dikjarati f’sikkithom wara li ma ttrenjawx is-Sibt.