Minn Grupp E, l-Erbgħa fil-5.00 pm, l-eks rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja, Spanja, jibdew favoriti meta jiffaċċjaw lil Costa Rica.
Spanja ġiet eliminata mill-Fażi tal-Gruppi fit-Tazza tad-Dinja 2014 u tilfet fir-round tal-Aħħar 16 kontra r-Russja wara l-għoti tal-penalties l-2018 … u naqset milli tilħaq il-kwarti tal-finali mir-rebħa trijonfanti tagħhom fl-2010.
Il-Costa Rica waslu sal-kwarti tal-finali tat-Tazza tad-Dinja 2014, li hija kisba tremenda għalihom, qabel ma tilfu kontra l-Olanda. Huma naqsu milli jikkwalifikaw mill-fażi tal-gruppi fl-2018, u huwa mistenni l-istess mingħandhom matul din l-edizzjoni, fi grupp li jinkludi wkoll lill-Ġermanja.
Għal Spanja, Jose Gaya kien fil-kontestazzjoni li jibda qabel ma sofra injury fl-għaksa waqt it-taħriġ u kellu jirtira mill-iskwadra, u minfloku ġie msejjaħ Alex Balde ta’ Barcelona. Nico Williams u kandidat denju li jibda mill-bidu.
Intant, m’hemm l-ebda tħassib dwar injury għall-Costa Rica għal din il-logħba.