Saturday, October 26, 2024

Spanja jirbħu l-UEFA Nations League wara l-għoti tal-penalties

Aqra wkoll

Kroazja………………….0
Spanja……………………0
(4-5 wara l-għoti tal-penalties)

Spanja rebħu l-UEFA Nations League għall-ewwel darba meta għelbu lill-Kroazja bl-bl-iskor ta’ 5-4 wara l-għoti tal-penalties.

L-ewwel taqsima kienet nieqsa minn kull emozzjoni fejn ma ġiet innutata l-ebda
azzjoni denja ta’ nota.

Spanja resqu viċin li jiftħu l-iskor fit-58 minuta met Jordi Alba indirizza cross lejn Marco Asensio li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tintemm ftit għoli.

Il-Kroati wieġbu fit-62 minuta meta Ivan Perisic għadda tajjeb lejn Mario Pasalic li wkoll kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tgħaddi ftit għoli.

Spanja reġgħu ħolqu l-periklu minuta biss wara meta xutt b’saħħtu mid-distanza ta’ Rodri għadda ftit barra.

Huma komplew fuq l-offensiva u fil-85 minuta met Jordi Alba għadda tjjeb lejn Mikel Merino li min-naħa tiegħu serva fuq platt tal-fidda lil Ansu Fati, li kellu x-xutt fil-baxx tiegħħu salvat minn fuq il-linja fatali b’mod erojku minn Ivan Perisic.

L-iskor sa tmiem il-ħin regolamentari baqa’ ma nbidilx u b’hekk il-partita kellha tmur għall-ħin barrani.

Fil-108 minuta Dani Olmo dejjem għal Spanja kellu xutt insidjuż minn ġol-kaxxa imxellef f’corner minn difensur avversarju.

U anke wara l-ħin barrani, l-iskor baqa’ intatt biex il-partita kellha tmur għall-għoti tal-penalties, fejn finalment Spanja ħarġu rebbieħa.

Il-finali ntlagħbet fid-De Kuip Stadium f’Rotterdam, l-Olanda, u kienet ikkontrollata mir-referee Ġermaniż, Felix Zwayer.

Sport