Matul tmiem il-ġimgħa l-ħaddiema tat-tifi tan-nar Spanjoli komplew jikkumbattu nirien li żvolġew fis-selvaġġ hekk kif il-pajjiż kompla jinħakem minn mewġa ta’ sħana li qiegħda tqarreb lejn livelli rekord.
It-tbassir huwa li żoni bħal dawk ta’ Zaragoza fil-Grigal, f’Navarre u La Riolja fit-Tramuntana tal-pajjiż qed jersqu lejn temperaturi rekord ta’ 40 u 42oC. Mhux Spanja biss, iżda partijiet mill-Punent tal-Ewropa wkoll qegħdin jesperjaw sħana li hija għolja ħafna għal dan iż-żmien tas-sena b’ħafna jgħidu li dan huwa turija ċara tal-effett tat-tibdil fil-klima.
Iċ-ċittadini fiż-żoni l-iktar milquta ta’ Spanja qed jingħataw il-parir biex joqogħdu għad-dell u jixobru kemm jistgħu ilma. In-nixfa u r-riħ kienu katalisti għall-iżvilupp ta’ nirien li qiegħed iseħħ f’għadd ta’ żoni, b’Zamora qrib il-fruntiera mal-Portugall hija fost l-iktar milqutin.