Thursday, July 17, 2025

Spanjola bi ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn skrun fi Blue Lagoon

Aqra wkoll

Illum, il-Pulizija ġiet infurmata għall-ħabta tal-4:30 p.m., b’ inċident li seħħ fil-bajja tal-Blue Lagoon, Kemmuna. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Spanjola ta’ 18-il sena ġarrbet xi ġrieħi f’sieqha, meta waqt li kienet tiela’ fuq lanċa, intlaqtet mill-iskrun tal-istess lanċa li dak il-ħin kien attivat. 

Hija ttieħdet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, wara li ngħatat l-ewwel għajnuna mill-għassiesa ta’ salvataġġ tal-Emergency Response and Rescue Corps (ERRC).

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Żagħżugħa tintlaqat minn skrun ta’ dgħajsa f’Kemmuna

Żagħżugħa ta’ nazzjonalità barranija jidher li sofriet ġrieħi f’saqajjha hekk kif intlaqtet minn skrun ta’ dgħajsa f’Kemmuna.

Hija ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn qiegħda tingħata l-kura.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30pm.

Aktar dettalji kif jaslulna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport