Wednesday, September 25, 2024

Sparar: Eleonor Bezzina tirbaħ il-kompetizzjoni tat-10m Air Pistol (11)

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li għadda, il-Malta Air Rifle and Pistol Shooting Club, organizza il-kompetizzjoni numru 11 mill-Kampjonat Nazzjonali 2021-22 fid-dixxiplina tal-10m Air Pistol, f’Larry Vella Indoor Range, ġewwa l-Bidnija. It-tiraturi kellhom jisparaw 6 settijiet ta’ 10 tiri, għal total ta’ 60 tir kull wieħed, f’massimu ta’ siegħa  u kwart, bl-aħjar tmien tiraturi jgħaddu għall-finali.

Fil-kwalifikazzjoni, Eleonor Bezzina spiċċat b’total ta’ 578 punt minn 600, segwita minn Stephen Vassallo b’545 punt u Stephen Kingswell b’508 punt.

Fil-finali, Eleonor żammet ir-ritmu u baqgħet fl-ewwel post biex rebħet il-kompetizzjoni, segwita minn Stephen Vassallo li rnexxielu jżomm it-tieni post. Fit-tielet post kien mirbuħ minn Raymond Cacciattolo li għeleb lil Kingswell.                       

Il-kompetizzjoni li jmiss se ssir nhar il-Ħadd 27 ta’ Marzu fl-10:00am.                                                                 

Sport