Mill-inqas 11-il persuna ndarbu wara sparatura barra nightclub ta’ New York. Dan ġie kkonfermat mill-Pulizija ta’ New York. Midja internazzjonali rrapurtat li l-isparatura seħħet sigħat biss wara l-attakk fi New Orleans li ħalla madwar 15-il persuna mejta.
L-isparatura seħħet ħdejn il-nightclub Amazura fil-viċinat tal-Ġamajka ta’ New York City, ftit qabel il-11.20 pm tal-lbieraħ filgħaxija. L-awtoritajiet ikkonfermaw li l-vittmi ġew ittrasportati lejn l-Isptarijiet li kien hemm fil-viċinanzi.
Id-Dipartiment tal-Pulizija ta’ New York iddikjara li l-ebda waħda mill-vittmi ma tinsab f’qagħda kritika. Fuq il-midja soċjali ġew imxerrda diversi filmati, li juru preżenza qawwija ta’ pulizija u ambulanzi barra l-istess nightclub fejn seħħ l-inċident.
Dan il-post fejn seħħet l-isparatura hu magħruf għal bosta u li ta spiss jospita avvenimenti ta’ diski u li fih jesa mal-40,000 ruħ.