Friday, December 20, 2024

Sparatura fi sptar f’Oklahoma tħalli erba’ persuni mejta

Aqra wkoll

Waqt konferenza stampa, il-pulizija stabilixxew li l-isparatura li seħħet fi sptar f’Tulsa, Oklahoma, ħalliet erba’ persuni mejta u oħrajn midruba.

Huma kkonfermaw ukoll li, is-suspettat, li kien armat b’rifel u pistola, miet fuq il-post ukoll. Huwa għadu ma ġiex identifikat. 

S’issa m’hemm l-ebda indikazzjoni jekk kienx hemm mottiv għal dan l-attakk. Bħalissa l-pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet marbuta ma’ dan il-każ; qed jiġu avviċinati dawk li kienu preżenti waqt ix-xena fejn seħħ il-każ. 

Ekonomija

Sport