Saturday, December 21, 2024

Sparatura f’parkeġġ qrib knisja fl-Amerka tħalli tlieta mejta

Aqra wkoll

Sparatura li seħħet f’parkeġġ fis-sigħat li għaddew qrib knisja f’lowa fl-Amerka ħalliet tliet persuni mejta — żewġ tfajliet u r-raġel li wettaq ir-reat.

Fi stqarrija li ta wieħed mir-rappreżentanti tal-knisja, huwa qal li l-vittmi huma membri żgħażagħ tal-komunità tal-knisja. Żied jgħid ukoll li proprju lbieraħ kienu hemm għall-ewwel laqgħa tagħhom għal dan is-sajf. 

S’issa għadu mhux magħruf l-età tal-vittmi. L-indikazzjonijiet huma li r-raġel li wettaq l-isparatura spara lilu nnifsu. 

Il-knisja wriet is-sogħba tagħha u qalet li qed titlob għal kull min kien milqut f’din it-traġedja speċjalment għall-familji tal-vittmi.  

Ekonomija

Sport