Għall-ħabta tad-9.00pm il-pulizija ġew informati li kienet seħħet sparatura fi Triq Melita f’Raħal Ġdid li b’xorti tajba ħadd ma weġġa’. Dan seħħ waqt argument bejn żewġt irġiel.
Jirriżulta li ftit tal-ħin wara li seħħet l-isparatura l-Pulizija rnexxielha tarresta raġel magħruf sew mal-Pulizija li kien reġa’ ngħata l-ħelsien mill-arrest ftit tal-ġimgħat ilu.
Sorsi qrib dan is-sit qalulna li r-raġel kien għadu armat, inqafel f’daru u ma riedx joħroġ biex jiġi arrestat.
Bħalissa l-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għar-raġel l-ieħor li kien involut f’dan il-każ.