Numru ta’ persuni huma maħsuba li nqatlu fi sparatura li seħħet aktar kmieni llum f’università fi Praga.
Uffiċjali tal-Pulizija tar-Repubblika Ċeka qalu li għad m’għandhomx id-dettalji speċifiċi ta’ kemm inqatlu persuni u oħrajn li sfaw midruba f’dan il-każ.
Il-Pulizija Ċeka kkonfermat ukoll li l-allegat aggressur inqatel u li l-binja qiegħda tiġi evakwata.
Aktar dettalji mal-ħin