Saturday, December 21, 2024

Spazju Kreattiv iniedi l-Programm taċ-Ċittadini Anzjani

Aqra wkoll

Wara t-tnedija tal-programm il-ġdid tiegħu aktar kmieni f’Settembru, Spazju Kreattiv issa qed jippreżenta programm sħiħ ta’ avvenimenti li se jiġu organizzati matul is- sena kollha mmirati lejn Ċittadini Anzjani waqt li nimmarkaw il-Jum Internazzjonali għall-Anzjani.

Mit-twaqqif tal-Fondazzjoni Kreattività fis-sena 2000, wieħed mill-għanijiet ewlenin tagħha huwa li tkun katalista tal-espressjoni kontemporanja billi tipprovdi l-ispazju għal komunitajiet differenti biex jaqsmu l-esperjenza kreattiva. Il-programm il-ġdid taċ-Ċittadini Anzjani li jifforma parti mill-istaġun ta’ Spazju Kreattiv 2021-22 huwa pass ieħor biex jintlaħaq dan l-għan. Jibni wkoll fuq il-pilastru strateġiku tal-komunità li huwa ċentrali għall-istaġun ta’ Spazju Kreattiv huwa li jiġi kreat katalgu ta’ avvenimenti għal individwi ta’ 65 sena jew aktar.

Kompost minn 16-il inizjattiva, li jinvolvi varjetà ta’ avvenimenti artistiċi, u li jvarjaw minn produzzjonijiet teatrali għal films u wirjiet fiċ-ċinema, dan il-programm inħoloq sabiex iħeġġeġ il-parteċipazzjoni fl-arti minn ċittadini anzjani. Matul il-programm iċ- ċittadini anzjani se jingħataw ukoll l-opportunità li jieħdu sehem f’konversazzjonijiet ma’ individwi prominenti fix-xena kulturali lokali u internazzjonali. Permezz tal- programm taċ-Ċittadini Anzjani, Spazju Kreattiv għandu l-għan li joħloq spazju għal udjenzi anzjani biex jimpenjaw ruħhom mal-komunità inġenerali u jesprimu ruħhom permezz tal-arti.

Din is-serje ta’ avvenimenti mhux biss se jkun fiha prestazzjonijiet li jinkludu suġġetti nostalġiċi, iżda se tinkoraġġixxi djalogu interġenerazzjonali billi tindirizza suġġetti li huma fil-qalba tad-diskors soċjo-politiku attwali.

Għal aktar informazzjoni żur www.kreattivita.org

Ekonomija

Sport