Friday, September 13, 2024

Spettaklu ta’ briju fil-marċ ta’ filgħodu għall-festa ta’ San Lawrenz fil-Birgu

Aqra wkoll

Il-Ġirbin jinsabu biss ġurnata ‘l bogħod milli jiċċelebraw il-festa tal-patrun tagħhom San Lawrenz. Kien għalhekk li llum bdew il-ġurnata bil-marċ ta’ filgħodu.

Kull festa għandha t-tradizzjoni tagħha. Fost l-għadd ta’ tradizzjonijiet b’rabta mal-festi, il-Birgu għandhom l-ispettaklu bl-għasafar li ta’ kull sena jagħti l-ħajja lill-festa ta’ San Lawrenz fil-Birgu.

Hekk kif il-Banda Vittoriosana San Lawrenz iddoqq l-Innu Popolari ta’ San Lawrenz jinfetaħ bħal ballun maqsum fi flieli.

Għal bosta snin fil-ballun kienu jitpoġġew għadd ta’ għasafar bil-għan li jittellqu ftit wara bħala espressjoni ta’ ferħ għall-glorja ta’ San Lawrenz.

Illejla imbagħad ikomplu l-attivitajiet ta’ lejliet il-festa. Fis-7:00 p.m tibda t-traslazzjoni solenni tar-relikwa ta’ San Lawrenz mill-Monasteru tas-Sorijiet Benedittini sal-knisja kolleġjata u warajha ssir il-ħruq tas-salut u l-kaxxa infernali Spanjola.

Eventwalment għal ħabta tal-10:00 p.m se jkun hemm spettaklu tal-logħob tan-nar tal-ajru sinkronizzat tal-mużika mtella’ mill-Għaqda Piroteknika 10 ta’ Awwissu.

Ekonomija

Sport