Saturday, December 21, 2024

Spettaklu ta’ tajr ikkulurit fl-Għarb

… tittella’ edizzjoni oħra tal-International Kite and Wind Festival

Aqra wkoll

Minkejja t-tbassir ta’maltemp b’xita u riħ qawwi għal matul tmiem il-ġimgħa, ilbieraħ ingħata bidu għas-seba’ edizzjoni tal-avveniment popolari, ‘International Kite & Wind Festival’. Dan l-avveniment li kien organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Għarb li kien mifrux fuq jumejn – bejn id-19 u l-20 ta’ Ottubru – fiż-żona magħrufa bħala ta’ San Dimitri, fl-Għarb, Għawdex.

Matul il-jum tas-Sibt waranofsinhar, meta l-fotografu tagħna Joe Grech, żar din l-attività kien hemm bosta familji Maltin, Għawdxin kif ukoll barranin li mlew l-inħawi ta’ ħdejn il-kappella ta’ San Dimitri biex it-tajra tagħhom (ħamiema jew il-manuċċa kif isejħulha fiż-Żejtun) tal-karti jew plastik ikkulurit, tkun tista tittajjar maż-żiffa ħafifa tar-riħ.

Is-sema ta’ dawn l-inħawi matul dawn il-jiem tal-Ħarifa jinbidlu f’spettaklu ikkulurit fejn bosta juru l-kreazzjonijiet tagħhom u jingħaqdu flimkien biex itajru dawn it-tjur. Dan l-avveniment kien miftuħ għal kullħadd, avveniment b’eċċitament kbir għall-familja kollha fejn dawn mhux biss setgħu igawdu l-ambjent tal-kampanja tal-madwar, iżda wkoll setgħu jsibu bejjiegħa ta’ ikel u xorb, mużika live, fiera tradizzjonali u ħafna affarijiet oħra fosthom żona għat-tfal.

Ekonomija

Sport