Kollox jinsab lest biex nhar l-Erbgħa li ġej, l-Għaqda Mużikali San Ġużepp f’Ħal-Għaxaq torgnizza Spettaklu wara l-Marċ bis-sehem ewlieni tal-ambaxxatriċi Maltija fil-Eurovison Song Contest 2025 f’Basel, l-Iżvizzera, Miriana Conte, bid-diska ‘Serving, flimkien ma’ Glen Vella u Amber.
Is-serata se tkun ippreżentata mid-DJ ta’ Vibe FM, Luca Lorenzo.
Dan wara li din l-Għaqda Mużikali diġa organizzat b’suċċess tliet kunċerti ewlenin tal-leġġendarji Chris Norman, Gigi D’Alessiio u Emma Hewitt u Alice DJ għall-Għaxaq Music Festival bl-isem ta’ ‘Summer Lust’.