Tuesday, December 24, 2024

Spettur fuq ir-reati finanzjarji magħżul il-Pulizija tas-Sena

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Ispettur Keith Vella mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji kien magħżul bħala l-Pulizija tas-Sena anke b’rikonoxximent għall-ħidma tiegħu fi ħdan l-Iskwadra Kontra l-Ħasil tal-Flus.

Huwa kien wieħed minn 41 pulizija li ġew rikonoxxuti waqt ċerimonja fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija li għaliha attendew, fost oħrajn, il-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri u l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa.

Il-membri tal-Environmental Protection Unit ingħataw ċertifikat ta’ mertu tas-servizz li taw biex tiġi ikkontrollata l-pandemija mentri pulizija oħra ġew rikonoxxuti għal diversi ġesti fosthom salvataġġ ta’ persuna li kienet qed tifga fl-ikel u oħra li kienet se twettaq suwiċidju.

F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-Ministru Camilleri iddeskrivihom bħala “l-eroj tal-poplu” għalkemm insista li għandu jkun is-servizz lill-kommunitża li jagħmel lill-pulizija kburin.

Min-naħa tiegħu, Gafa iddeskriva l-2020 bħala s-sena li fiha minbarra li ġew solvuti diversi reati kumplessi u serji rat ukoll tnaqqis rekord fir-reati l-aktar is-serq għalkemm żdiedet il-vjolenza domestika.

Ekonomija

Sport