Sunday, December 22, 2024

Spettur tixhed u tgħid li ż-żewġ uffiċјali tal-Puliziјa kienu se јagħtu kontravenzјoni minħabba parkeġġ ħażin

Aqra wkoll

Quddiem il-Maġistrat Monica Vella, qed tkompli tinstema l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Elton Anthony Borg ta’ 46 sena residenti l-Imsida, Erica Borg ta’ 42 sena residenti l-Imsida, Kurt Borg ta’ 44 sena residenti Ħal Qormi, Redeimen Aquilina ta’ 23 sena mill-Ħamrun u Christian Mansueto ta’ 33 sena li joqgħod is-Siġġiewi, li jinsabu mixlija li aggredew żewġ uffiċjali tal-Pulizija.

Fil-Qorti, xehdet l-ewwel persuna,
li hi l-Ispettur Elisa Scicluna. Spjegat qalet li ġiet informata li ġew arrestati tliet persuni wara aggressjoni fuq żewġ uffiċjali tal-Pulizija.

L-Ispettur qalet li żewġ uffiċjali tal-Pulizija ttieħdu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, filwaqt li tnejn mill-akkużati ttieħdu l-Isptar Mater Dei, li ġew iċċertifikati li weġġgħu ħafif.

Fil-Qorti, l-Ispettur Scicluna qalet li tkellmet ma’ uffiċjal tal-Pulizija, fejn intqal li dakinhar li seħħ l-każ, iż-żewġ uffiċјali kienu qed јagħmlu r-ronda bil-mixi. Ingħad li dawn kienu se jagħtu kontravenzjoni minħabba parkeġġ li ma kienx sew u li dak il-ħin ġew avviċinati minn żewġ irġiel, li kienu arroganti u aġitati mal-Puliziјa

Aktar dettalјi mal-ħin…

Aktar kmieni : Se jitressqu mill-ġdid fil-Qorti l-ħames persuni mixlija li aggredew żewġ Pulizija fil-Ħamrun

Dalgħodu għall-ħabta tal-10:00 a.m, mistenni jkompli jinstema l-każ fil-konfront ta’ Elton Anthony Borg ta’ 46 sena residenti l-Imsida, Erica Borg ta’ 42 sena residenti l-Imsida, Kurt Borg ta’ 44 sena residenti Ħal Qormi, Redeimen Aquilina ta’ 23 sena mill-Ħamrun u Christian Mansueto ta’ 33 sena li joqgħod is-Siġġiewi, li jinsabu mixlija li aggredew żewġ uffiċjali tal-Pulizija.

Intant fl-aħħar seduta, huma wieġbu mhux ħatja għal diversi akkużi miġjuba kontrihom fosthom li wżaw vjolenza u theddid kontra uffiċjali pubbliċi, insultaw u ħebbew għalihom u li kkawżaw ġrieħi ħfief fuq wieħed mill-uffiċjali u ġrieħi gravi fuq ieħor.

F’awla li kienet ppakkjata mimlija fost l-oħrajn b’membri tal-Korp tal-Pulizija u Avukati, il-Prosekuzzjoni spjegat iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-arrest tal-ħames persuni.

Intqal li fil-21 ta’ Settembru, il-Pulizija tad-Distrett ġew mgħajta fi Triq il-Kbira San Ġużepp wara li kienu infurmati li kien hemm żewġ pulizija involuti f’argument fejn allegatament qalgħu xi daqqiet u kienu qed isofru minn xi ġrieħi.

Ekonomija

Sport