Sunday, November 24, 2024

Spezzjonijiet minn TM f’Awwissu wasslu għal aktar minn 1,729 kontravenzjoni

Aqra wkoll

Matul ix-xahar ta’ Awwissu, Transport Malta wettqet spezzjonijiet rigorużi madwar il-pajjiż, b’fokus qawwi fuq il-promozzjoni tas-sikurezza fit-toroq, il-konformità mar-regolamenti tat-traffiku, u l-iżgurar tal-benessri tal-utenti kollha tat-triq. L-isforzi rriżultaw f’aktar minn 1,729 kontravenzjoni, li jinkludu 278 Multa Amministrattiva u 1,451 każ riferuti lit-Tribunali Lokali.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta, is-Sur Jonathan Borg, iddikjara b’fiduċja li n-numru sinifikanti ta’ ksur identifikati waqt l-ispezzjonijiet ta’ Awwissu juri l-impenn bla waqfien tal-Awtorità biex titjieb s-sigurtà fit-toroq madwar pajjiżna. Hu saħaq li l-infurzar tar-regolamenti huwa essenzjali għat-titjib tal-komunitajiet u s-sigurtà ta’ kull min juża t-toroq.

Is-Sur Patrick Pollacco, Direttur għall-Infurzar ta’ Transport Malta, enfasizza s-sinifikat ta’ dawn l-ispezzjonijiet fit-triq, u stqarr, “Dawn l-ispezzjonijiet huma ta’ importanza kbira għalina. Dawn iservu bħala għodda qawwija fil-missjoni tagħna biex inżommu l-ogħla standards ta’ sigurtà fit- toroq tagħna. Permezz tal-isforzi bla waqfien tagħna, aħna nimmiraw li nnaqqsu r-riskju ta’ inċidenti u nippromwovu mġiba responsabbli fit-toroq.”

Transport Malta tkompli taħdem b’mod diliġenti biex tinforza r-regolamenti tas-sigurtà fit- toroq, timplimenta miżuri, u teduka lill-pubbliku dwar drawwiet ta’ sewqan responsabbli. L-awtorità tibqa’ ddedikata biex tiżgura sistemi ta’ trasport sikuri, effiċjenti u sostenibbli għall-benefiċċju taċ-ċittadini u l-viżitaturi kollha.

Sport