Ferħ ta’ volpi spiċċa rasu maqbudha f’vażun, x’aktarx għax kellu widnejh kbar ħafna.
Jidher li dan il-volpi kurjuż instab mfixkel u fi stat ta’ disorjentazzjoni jħuf fi ġnien f’Basildon f’Essex. Is-sid tad-dar li sabet il-volpi f’dan l-istat qalet li ppruvat tgħini billi kissret parti mill-vażun iżda wara ndunat li ma kienx ta’ idejha.
Skont l-uffiċjali li ntervjenew biex isalvawh jidher li l-volpi daħħal rasu iżda ma setax joħroġ minħabba li widnejh huma pjuttost kbar.
Il-volpi ttieħed fi sptar tal-annimali eżotiċi u permezz ta’ intervent bil-galbu ġie separat mill-vażun. Wara ħasla tajba u lejl ta’ mistrieħ huwa reġa’ ttieħed fil-post fejn instab biex ikun jista’ jerġa’ jingħaqad ma’ ommu u ħutu.