Sunday, November 3, 2024

Spiteri jtemm l-isfida tiegħu b’suċċess u jiġbor aktar minn €30,000 għax-xelters tal-annimali

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-atleta Malti Fabio Spiteri ħabbar li s’issa nġabru aktar minn €30,000 li se jkunu qegħdin imorru biex jgħinu xelters tal-annimali u lil dawk li jitimgħuhom.

L-atleta tkellem dwar kif ilbieraħ irnexxielu jtemm ġirja li kienet tinvolvi numru ta’ emozzjonijiet minħabba li b’kollox ħaditlu 111-il siegħa.

Spiteri spiċċa fis-seba’ post waqt din l-isfida li ratu jgħum 19-il Kilometru, jaqdef 900 Kilometru u jiġri 211-il Kilometru.

Huwa kompla bl-appell tiegħu  biex ikompli jkabbar iċ-ċifra tad-donazzjonijiet u qal li mhuwiex se jaqta’ qalbu milli jkompli jirsisti għall-mira ta’ €100,000 f’donazzjonijiet.

Inti tista’ tagħti d-donazzjonijiet tiegħek fuq:

B’SMS:

  • € 2.33 | 50617312 
  • € 4.66 | 50618075 
  • € 6.99 | 50618923 
  • € 11.65 | 50619260 

 Bank Transfer:

  • BOV IBAN : MT40VALL22013000000050010082877

Sport