Sunday, December 22, 2024

“Spiża ta’ €570 li tista’ tagħmilna inqas attraenti”

Il-kelliem tal-Oppożizzjoni favur l-iSkills Card iżda jara l-ħtieġa ta' aktar djalogu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt diskussjoni informattiva organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija għall-Catering (ACE), ilbieraħ irriżulta li hemm qbil rigward l-inizjattiva li tiġi introdotta l-iSkills Card bil-għan li mmorru lejn settur tal-ospitalità ta’ aktar kwalità.

Minn naħa tiegħu l-kelliem tal-Oppożizzjoni għar-relazzjonijiet industrijali u x-xogħol Ivan Castillo saħaq dwar il-ħtieġa ta’ aktar djalogu mal-istakeholders involuti b’rabta mal-proċess tal-upskilling tal-ħaddiema.

Huwa staqsa dwar kif se jkun qiegħed jitħaddem il-proċess u jekk huwiex se jkun wieħed ċentralizzat. Huwa rrikonoxxa l-istabbilimenti li diġà qegħdin jipprovdu taħriġ lill-ħaddiema tagħhom u staqsa jekk l-ispiża ta’ €570 hijiex se tkun ta’ deterrent biex jiġu attirati ħaddiema li għandhom ħiliet għoljin.

Castillo staqsa wkoll dwar x’inċentivi jeżistu biex jimmotivaw lill-ħaddiema u lil min iħaddem biex ikomplu jtejbu l-kwalitajiet tal-ħiliet tagħhom u fost waħda mill-inizjattivi vijabbli huwa ssuġġerixxa li għandu jkun hemm titjib fis-sistema ta’ dawk li japplikaw kull sena għall-permess tax-xogħol filwaqt li jkomplu jtejbu l-ħiliet tagħhom bil-għan li tonqos il-burokrazija.

Ekonomija

Sport