Saturday, December 21, 2024

Spiżeriji jiftħu l-Ħadd waranofsinhar u evalwazzjoni li tnaqqas il-ħela tal-mediċini

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar l-iffirmar ta’ Memorandum of Understanding ġdid li ġie ffirmat mal-Kamra tal-Ispiżjara.

Il-Ministru tas-Saħħa qal li dan il-ftehim se jkun qiegħed isiervi ta’ rikonoxximent għal dan is-servizz, garanzija u introduzzjoni ta’ servizzi ġodda li jagħmlu parti minn din l-iskema. Huwa qal li s-servizzi li jeżistu se jibqgħu, u magħhom se jkunu qegħdin jiżdiedu numru ta’ servizzi ġodda għall-ħames snin li ġejjin.

Dawn jinkludu is-servizz tal-‘medicines use review’, fejn kull pazjent li jagħmel użu mill-POYC se jkollu evalwazzjoni personalizzata kull sitt xhur mill-ispiżjar biex jaċċerta li l-mediċini tintuża bl-aħjar mod possibbli. Qal li dan iwassal mhux biss biex il-pazjenti jieħdu l-mediċini bl-aħjar mod, imma jnaqqas ukoll il-ħela ta’ mediċini li jibqgħu ma jintużawx fil-kxaxen f’għadd ta’ residenti madwar Malta u Għawdex.

Il-Ministru Fearne ħabbar ukoll li Mill-Ħadd li ġej 6 ta’ Frar, l-ispiżeriji f’Malta u Għawdex li jinsabu fuq l-iskeda biex jiftħu fin-nofstanhar ta’ filgħodu fil-Ħdud u l-festi, se jibdew jiftħu wkoll waranofsinhar mill-4.00 p.m. sas-7.00p.m.

Ekonomija

Sport