Sunday, December 22, 2024

Splużjoni f’Bejrut tħalli erba’ vittmi u aktar minn 30 midrubin

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tank tad-diesel li sploda fl-aħħar sigħat f’Bejrut ħalla erba’ persuni mejtin u aktar minn 30 oħra midrubin. S’issa mhux magħruf x’wassal għall-isplużjoni li seħħet f’forn u li qed ikun irrapurtat li nstemgħet tidwi madwar il-kapitali Libaniża.

Il-pumpiera kkontrollaw in-nirien f’qasir żmien u għenu lir-residenti li kienu maqbudin fl-appartamenti li jagħmlu parti minn din il-binja sabiex jinħarġu. Uffiċjali oħra ssejħu fil-post sabiex iżommu l-kalma fost dawk li nġabru biex jaraw x’kien ġara.

Skont stazzjon tat-televiżjoni fil-pajjiż jidher li fost dawk li ndarbu hemm tlett itfal li sofrew ħruq f’partijiet minn ġisimhom. Mill-bqija tal-bidrubin hemm minn tal-anqas persuna li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji, filwaqt li oħrajn qed isofru minħabba dħaħen li belgħu.

Din l-isplużjoni seħħet madwar xahrejn wara l-isplużjoni qawwija fil-port tal-pajjiż li ħalliet kważi 200 vittma u madwar 6,500 persuna midruba.

Ekonomija

Sport