Mill-anqas 22 persuna mietu u iktar minn 60 oħra ndarbu wara splużjoni kbira li heżżet waħda mill-iktar lukandi lussużi f’Kuba.
Qed jingħad li l-isplużjoni skattat minn tanker tal-gass li kien ipparkjat barra l-lukanda Saratoga f’Havana.
Il-lukanda storika kienet mistennija tiftaħ mill-ġdid fi żmien erbat ijiem wara perjodu ta’ żmien magħluqa waqt il-pandemija.
Bħalissa għaddejjin operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ biex jinstabu nies maħsubin li jinsabu maqbuda taħt it-tifrik.
Waqt żjara fil-post, il-President Kuban Miguel Diaz-Canel iddikjara li l-każ ma kienx attakk, iżda inċident sfortunat.
Dawk preżenti fil-mument tal-isplużjoni qalu f’kummenti lill-midja li għall-ewwel ħasbu li kien seħħ terremot. Iddeskrivew xena ta’ duħħan iswed u trab jinfirxu wara l-isplużjoni.