Splużżjoni fil-Moskea ta’ Islamabad ħalliet mill-inqas 15-il persuna mejta u aktar minn 80 persuna oħra midrubin.
Rapporti fuq il-midja internazzjonali qegħdin jgħidu li dan kien attakk terrorisitka mmirat lejn il-Musulmani li fil-Jum tal-Ġimgħa jkunu qegħdin jitolbu.
Is-servizz tal-emerġenza ma setgħux ilaħħqu mal-vittmi, u ħafna minnhom kellhom jingħataw il-kura fuq il-post minħabba nuqqas kbir ta’ ambulanzi.

