Sunday, March 22, 2026

Splużżjoni tħalli ħerba f’żona residenzjali f’Ruma

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tas-1.00pm meta fi Via Tavagnasco f’Ruma seħħet splużżjoni li ħalliet ħerba sħiħa f’żona residenzjali.

L-ewwel rapporti jgħidu li l-isplużżjoni seħħet b’ċilindru tal-gass li kien jinsab f’villa li nqerdet kompletament. Żewġ residenzi li kienu jinsab fil-viċini wkoll ġarbu ħsarat kbar.

S’issa nħarġu żewġ persuni minn taħt it-tifrik li ttieħed l-isptar u jidher li sofrew ħruq f’ġisimhom. Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili bħalissa għadhom għaddejjin bit-tfittxija għal aktar persuni li jistgħu jinstabu taħt it-tifrik.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport