Iċ-champions Taljani, Inter, qed jiddispjaċihom ħafna li xtraw lil Joao Mario u dan is-sentiment jista’ jintensifika bl-aħbar ta’ smigħ ġdid f’Diċembru, hekk kif Sporting Lisbon iridu €30 miljun oħra.
Il-midfielder Portugiż kien falliment totali fil-ground meta kien akkwistat mingħand Sporting fis-sajf tal-2016 għal €44.78 miljuni.
Huwa mar b’diversi self ma’ Vitoria Setubal, West Ham United, Lokomotiv Moscow, lura lil Sporting u mbagħad ingħata lil Benfica bħala aġent ħieles fl-2021 meta l-kuntratt tiegħu ġie terminat b’kunsens reċiproku.
Il-player bħalissa jinsab ma’ Besiktas, iżda l-problemi jkomplu jsegwu lil Inter li eventwalment jistgħu jmorru għall-agħar.
Il-media Portugiża rrapportat li Sporting CP għadhom se jidħlu f’battalja legali għal €30 miljun oħra u s-seduta ġiet stabbilita.
Sporting isostnu li t-terminazzjoni tal-kuntratt b’kunsens reċiproku fl-2021 ippermettiet lil Inter li jaqbżu klawsola fil-kuntratt, li żammithom milli jbigħu lil Joao Mario lill-club Portugiż ieħor.
Il-penali li jridu jħallsu hija ta’ €30 miljun u l-FIFA ċaħdet l-ewwel appell, iżda se ssir seduta ġdida mill-CAS (Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport) fid-9 ta’ Diċembru.
Joao Mario lagħab 56 darba għal pajjiżu u skorja tliet goals. Huwa ddebutta fil-11 ta’ Outtbru, 2014, meta daħal bħala sostitut minflok Cristiano Ronaldo fit-telfa ta’ 2-1 kontra Franza.