Il-coach ta’ Sporting Lisbon, Ruben Amorim, qal li l-club Portugiż se jżomm il-bieb miftuħ għal Cristiano Ronaldo jekk irid jerġa’ jingħaqad magħhom.
Ronaldo se jkun qed ifittex klabb ġdid f’Jannar wara li l-intervista kontroversjali kontra l-club ta’ Manchester United, il-coach u d-diriġenti tal-club fejn qal li ħassu ttradut u m’għandu l-ebda rispett lejn il-manager, Erik ten Hag.
L-attakkant internazzjonali Portugiż beda l-karriera tiegħu ma’ Sporting Lisbon u kien ilu jispekula li jixtieq itemm il-karriera tiegħu magħhom. Wieħed irid jara jekk Ronaldo għadux isostnu l-istess prinċipju iżda Amorim jidher kuntent li jipprovdi għażla ġdid għalih.
“Ġejt mistoqsi elf darba b’din il-mistoqsija,” qal Amorim lill-istampa fil-Portugall meta mistoqsi jekk il-bieb kienx miftuħ biex Ronaldo jirritorna mal-ewwel club tiegħu.
“Ronaldo huwa player ta’ Manchester United. Iżda fi Sporting kulħadd iħobbu, m’hemmx wisq xi ngħidu. Huwa stess jgħid li jrid jitħalla fil-paċi biex jiddeċiedi l-futur tiegħu.”
Ronaldo għamel l-istorja ma’ Sporting matul il-perjodu tiegħu mal-club, hekk kif sar l-ewwel player li lagħab fl-etá ta’ taħt is-16-il sena, taħt is-17-il sena, taħt it-18-il sena, it-team B u l-ewwel team tal-club kollha fl-istess staġun.
Huwa spiċċa jilgħab 31 darba mat-team tal-Primeira Liga qabel inbiegħ lil Man Utd għal madwar £12-il miljun, fl-2003.