Friday, January 10, 2025

SportMalta se torganizza “Celebrating Sport in Malta” fil-Lukanda Excelsior, Floriana

Aqra wkoll

Għat tieni sena konsekkuttiva SportMalta ser torganizza “Celebrating Sport in Malta” li se jsir fit-10 u l-11 ta’ Jannar 2025 fil-Lukanda Excelsior, Floriana.

Matul dan l-avveniment ta’ jumejn, se jiġu diskussi temi importanti li għandhom l-għan li jtejbu r-rwol tal-isport u l-attività fiżika fil-ħajja ta’ kuljum fostom Safe Europe: Learning to Swim and Prevent Drowning Program – Inizjattiva kollaborattiva biex tippromwovi t-tagħlim tal-għawm u s-sigurtà fl-ilma.

Promoting Physical Activity in the Retirement Process – Inċentiv biex in-nies jadottaw stil ta’ ħajja attiv waqt it-tranżizzjoni għall-irtirar.

Kif ukoll Health-Enhancing Physical Activity and National Fitness Surveillance Programme – Sorveljanza u promozzjoni tal-fitness u s-saħħa.

Mistiedna Speċjali Li Ser ikunu prezenti huma António Silva, President ta’ European Aquatics.

Profs Gregor Starc, Kap ta’ SLOfit u espert fil-monitoraġġ tal-fitness u s-saħħa.

Hu Mr. Aurelien Favre, Kap Eżekuttiv tal-European Observatoire du Sport.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport