Sports4Kate hija attività organizzata minn tim ta’ voluntiera fosthom coaches fil-qasam tal-isports biex jgħinu liċ-ċkejkna Kate matul il-vjaġġ tagħha biex tikseb iktar saħħa fil-muskoli u tkun tista’ tilħaq il-milestones tal-ħajja u tgħix ħajja indipendenti kemm tista’.
Kate hija tifla ferriħija ta’ sitt snin li tbati minn kundizzjoni rari msejħa Tatton Brown Rahman Syndrome. Qed tistenna li tagħmel operazzjoni ortopedika u b’hekk għandha bżonn ħafna terapija biex tkompli timxi ’l quddiem. Din iċ-ċkejkna wara ġurnata skola jkollha madwar erba’ sigħat ta’ terapiji kuljum jistennewha u għalkemm tbati xorta taraha dejjem bi tbissima. B’din l-attività Kate se tkun tista’ tattendi diversi trattamenti u terapiji barra minn xtutna fix-xhur li ġejjin, kif ukoll tgħin fir-riċerka tal-kundizzjoni tagħha biex tinstab kura.
Sports4Kate se tkun imqassma fuq ġurnata tat-18 ta’ Mejju bejn id-9 ta’ filgħodu u l-5 ta’ waranofsinhar fil-MEYR Centru tal-PE u Sport ġewwa l-Ħamrun. Kull min jattendi jista’ jara, jitgħallem u kif ukoll jipparteċipa f’diversi attivitajiet sportivi.
Fosthom se jkun hemm: Boxing, Handball, Bounce Fitness, Basketball, Volleyball, Pilates, Kick Boxing, Football, Martial arts, Circuit Training, Hyrox Challenge, Dancing, Snooker, Hockey u Rowing. Se jkun hemm ukoll ‘exhibition matches’ fosthom tal-isnooker bejn Tony Drago u Alex Borg.
Kull sezzjoni ta’ sport ha tkun miftuħa għal kull età: Ejja – Ara – Tgħallem – Prattika.
Sadanittant se jkun hemm ukoll logħob imqassam madwar il-grounds fejn wieħed jista’ jipparteċipa u jieħu gost waqt tug of war, golf u bowling fost oħrajn. Dan flimkien ma’ sezzjoni għat-tfal li tinkludi face painting, crafts, messy play, paining, bouncy castle, magic shows, bubble shows, Mascots Characters.
Diversi kantanti stabbiliti se jkunu preżenti biex iwasslu ġurnata mill-isbaħ ta’ divertiment u kant, imma dan mhux biss. F’parti oħra tal-grounds ħa jkun hemm live DJs idoqqu fosthom JJOY li se jakkumpanjaw diversi sezzjonijiet ta’ sports u fitness.
Biljetti jistgħu jinxtraw mis-sit ticketmonti jew dak in-nhar mal-bieb.
Għal aktar dettalji: idħlu fuq il-paġna ta’ facebook Sports4Kate jew ibagħtu email fuq [email protected]