Sqalli ta’ 34 sena residenti San Ġiljan inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li hedded u weġġa’ b’mod gravi kollega.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-imputat u l-vittma jaħdmu flimkien ġewwa pastizzerija fir-Rabat. Ingħad li kollox beda minn argument, bl-imputat Dario D’Aparo allegatament insulenta lil vittma, li mar wiċċ imb wiċċ miegħu u qallu biex jieqaf.
Id-difiża mmexxija mill-avukat tal-għajnuna legali ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest u għalhekk D’Aparo baqa’ miżmum arrestat. Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Kevan Azzopardi ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.