Sunday, December 22, 2024

Sqalli jisraq l-għodda tal-imgħallem tiegħu wara li ma ħallsux

Aqra wkoll

Ħaddiem tal-kostruzzjoni Sqalli li seraq għodda mingħand min kien iħaddmu wara li ma kienx tħallas ta’ xogħlu ngħata sentenza sospiża wara li ammetta għall-akkużi miġjuba kontra tiegħu.

Giuseppe Amato ta’ 32 sena tressaq quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke akkużat b’serq, li kiser il-paċi pubblika u li aggredixxa lill-imgħallem tiegħu.

L-Ispettur Ryan Vella spjega fil-Qorti kif fl-20 ta’ Awwissu li għadda, daħal rapport fl-Għassa tal-Qawra dwar argument f’Buġibba. Meta marru fuq il-post, l-uffiċjali sabu li l-imputat kien diġà nżamm mill-uffiċjali tal-pulizija tal-komunità u wara ttieħed l-Għassa.

L-Ispettur Vella spjega li l-persuna li rrappurtat l-inċident, li jiġi l-imgħallem ta’ Amato, qalilhom li l-akkużat kien seraqlu madwar €1,500 f’għodda minn sit ta’ kostruzzjoni. Uħud minn dawn l-oġġetti ġew irritornati lura. 

L-imputat wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu u kien ikkundannat sena ħabs sospiża għal tliet snin. Huwa kien ordnat iħallas l-€1,200 li kien għad fadallu jagħti lill-imgħallem tiegħu fi żmien tliet xhur

Ekonomija

Sport