Monday, June 30, 2025

St George’s jirbħu l-Kampjonat tal-Beach Soccer femminili

Aqra wkoll

St George’s rebħu l-kampjonat nazzjonali tal-Beach Soccer femminili meta fil-finali huma għelbu lil Swieqi United 4-3 wara l-għoti tal-penalties.

Kienet logħba ferm tattika fejn id-difiżi kienu l-protagonisti bl-attakkanti li ftit sabu ċans jagħmlu dak li jridu.

Wara li l-ewwel taqsima ma pproduċiet l-ebda gowl, Swieqi marru minn fuq meta kienet Michela Felice li approfittat minn żball difensiv sabiex xeħtet il-ballun wara l-goalkeeper Filothey Fey.

U hekk kif kollox kien jidher li Swieqi kienu se jirbħu din il-partita, St George’s ingħataw freekick li ġie skorjat bl-aqwa mod possibbli minn Edera Marmara.

Wara li l-ħin barrani ta’ tliet minuti ma pproduċa l-ebda gowl, fl-għoli tal-penalties kienu St George’s li ħarġu rebbieħa.

Fl-għoti tal-penalties, Kirsty Paris, Shakira Bugeja u Cherise Zammit skorjaw għal St George’s għalkemm fallew Edera Marmara u Jeanelle Falzon.

Għal Swieqi Samantha Zarb u Amy Abdilla sabu x-xibka iżda fallew Krista Montfort, Mari Oliveira u Michela Felice.

Fi tmiem il-konfront, il-president tal-Malta Beach Soccer Association Mauro Camilleri Darmanin ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ St George’s Shakira Bugeja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport