Union St-Gilloise li magħhom jilgħab l-internazzjonali Malti, Teddy Teuma, setgħu jiġu biss draw ta’ 1-1 meta marru għand Gent bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima.
St-Gilloise ma setax kellhom bidu aħjar meta appena minuta logħob marru fil-vantaġġ b’goal ta’ Lazare Amani. Iżda Gent kisbu d-draw minn penalty fit-80 minuta li ġie mogħti minn Hugo Cuypers.
Iżda l-għada l-Ħadd il-leaders Genk sfaw megħluba 2-0 minn Standard Liege biex issa l-vantaġġ tagħhom naqas għal żewġ punti.
Fil-Belġju l-kampjonat isir fuq żewġ fażijiet. L-ewwel jintlagħab dak regolari fuq 34 logħba u wara l-ewwel erbgħa jilagħbu l-play-off għar-rebħ tat-titlu meta jilagħbu sitt logħbiet oħra, tlieta home u tlieta away.
Genk (71 punt), St-Gilloise (69) u Antwerp (66) huma ċerti minn tliet postijiet u l-ieħor irid jiġi minn bejn Gent(55), Club Brugge (55) u Stardard (52), meta għat-tmiem fadal żewġ logħbiet oħra.