Thursday, March 27, 2025

St Peter’s Żabbar jiffaċċjaw lil Għaxaq Boċċi Club fis-Super Cup 2025

Aqra wkoll

Għada se ssir is-Super Cup organizzata mill-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi fejn St Peter’s Żabbar jiffaċċjaw lil Għaxaq Boċċi Club.

Din għandha tkun logħba ferm interessanti bejn żewġ timijiet li fil-mument jinsabu f’forma mill-aqwa.

St Peter’s Żabbar rebħu l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni wara sensiela ta’ riżultati pożittivi u qed jimmiraw li jibdew l-istaġun tagħhom bl-aħjar mod possibbli. It-tim hu magħmul minn Conrad Borg, Owen Bezzina, Vince Galea, Charles Galea, Rodney Randich u Leli Brignone.

Mill-banda l-oħra, Għaxaq Boċċi Club rebħu t-tazza tal-anġlu wara dwell ferm interessanti ma’ Birkirkara Boċċi. It-tim hu ffurmat mill-captain Noel Axiaq, Emanuel Spiteri, Matthew Mizzi, Damon Grima u Michael Buhagiar.

Il-logħba se tintlagħab fil-Klabb tal-Boċċi ta’ Buġibba u tibda fis-6.30pm.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport