Balzan ………0
Sta Lucia ……1
Goal fid-90 minuta ta rebħa ta’ 1-0 lil Sta Lucia fuq Balzan f’logħba bejn żewġ timijiet li se jkunu qed jilagħbu mal-aħħar sitta fit-tieni fażi tal-Kampjonat Premier.
Biż-żewġ timijiet jokkuppaw l-għaxar u l-ħdax-il post rispettivament fil-klassifika, huma kienu mistennija li joħorġu jfittxu t-tliet punti biex jippruvaw jinqalgħu miż-żona tar-relegazzjoni iżda fil-veritá, azzjonijiet ta’ goals kien hemm ftit li xejn.
Madankollu, Sta Lucia rnexxielhom jiksbu l-goal tar-rebħa biex b’hekk huma resqu punt wieħed biss taħt l-istess Balzan biex saħħew it-tamiet għas-salvazzjoni.
Wara biss erba’ minuti Balzan resqu viċin li jiftħu l-iskor meta xutt ta’ Milan Djuric minn barra l-kaxxa ġie salvat parzjalment minn Justin Haber, b’Bojan Kaljevic mir-rebound jkollu l-ballun imblukkat fil-ħin.
Sta Lucia rrispondew fis-sitt minuta b’xutt angolat ta’ Davidy Valpoort li ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper, Jake Galea u żewġ minuti wara, minn free-kick ta’ Patrick Silva Mota, id-daqqa ta’ ras ta’ Ailton Jorge Soares ġiet salvata mill-goalkeeper ta’ Balzan. Il-Luċjani komplew jippressaw u fit-23 minuta, xutt mill-bogħod ta’ Gianmarco Conti ġie salvat minn Galea.
Fis-36 minuta, Balzan marru qrib b’xutt djagonali ta’ Milos Mijic li għadda jħakkek mil-lasti difiżi minn Haber biex minuta minn tmiem l- ewwel taqsima, Vito Plut kellu konklużjoni mix-xellug li għaddiet ftit barra.
Iż-żewġ timijiet komplew jaqsmu l-logħob fit-tieni taqsima u fil-51 minuta, ix-xutt qawwi ta’ Aleksic Andrejic minn barra l-kaxxa ntemm ftit għoli. Mas-siegħa logħob, Conti għadda ballun tajjeb lejn Plut li daħal fil-kaxxa iżda tfixkel waħdu biex il-Luċjani tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor.
Meta l-logħba dehret li se tintemm fi draw, is-sostitut ALAN DA SILVA SOUZA venven xutt minn barra l-kaxxa li ma tax ċans lill-goalkeeper Galea jsalva.
BALZAN: 12-Jake Galea, 7-Milan Djuric, 8-Paul Fenech, 10-Nikola Gulan (3-Augustine Loof 36’), 18-Uros Ljubomirac, 19-Milos Zlatkovic, 22-Gary Camilleri (6-Marcus Grima 88’), 23-Milos Mijic, 77-Aleksa Andrejic, 86-Bojan Kaljevic (9-Alvin Kevin Daniels 69’), 88-Sean Cipriott (21-Neil Frendo 69’) – Coach: Paul Zammit
STA LUCIA: 16-Justim Haber, 5-Jurgen Pisani, 6-Nicholas Pulis, 7-Gianmarco Conti, 8-Patrick Silva Mota (14-Jan Tanti 78’), 9-Vito Plut, 11-Meghon Valpoort, 17-Victor Luiz Prestes Filho, 22-Jamie Zerafa (10-Alan da Silva Souza 65’), 23-Dexter Xuereb, 29-Lorenzo Yoel Soares Fonseca. – Coach: Giovanni Tedesco
REFEREE: Matthew Degabriele
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Mitchell Scerri
RABA’ UFF: Alex Johnson
SKORER: Alan da Silva Souza 90 (SL)
AMMONITI: P. Silva Mota, A. Da Silva (SL), N. Gulan (B)