Valletta ……..1
Sta Lucia ……1
Santa Lucia kisbu draw ġust u drammatiku ta’ 1-1 kontra Valletta, f’partita li fiha r-riżultat seta’ mar kull naħa.
L-aktar azzjoni perikoluża fl-ewwel taqsima waslet fit-42 minuta, min-naħa ta’ Sta Lucia, meta free-kick insidjuż ta’ Jan Tanti stampa mal-mimduda, bil-Beltin jeħilsuha ħafif.
Iżda r-risposta Beltija waslet fit-52 minuta, meta t-tentattiv ta’ Enzo Ruiz ġie mċaħħad mill-wieqfa.
Santa Lucia wieġbu fis-70 minuta meta xutt ta’ Alessio Piazza ġie salvat b’diffikultá mill-goalkeeper Jake Galea.
U l-Luċjani pattew qares għal dan iċ-ċans mitluf, hekk kif mill-azzjoni li segwiet FEDERICO FALCONE, temm azzjoni personali meta qabeż player avversarju u venven xutt minn tarf il-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Francisco Da Paz isalva.
Fid-90 minuta, il-Luċjani tilfu ċans tad-deheb li jiksbu d-draw meta Patrick De Oliveira kellu x-xutt tiegħu li ħareġ l-aħjar ta’ Jake Galea, li salva bi bravura.
Huma reġgħu tilfu ċans li jġibu l-iskor indaqs sekondi biss wara meta wara taħwida fil-kaxxa ħadd mill-players tagħhom ma seta’ jikkonkludi fil-lasti avversarji.
Iżda mbagħad ma kellhomx jiġu mċaħħda proprju fl-aħħar azzjoni meta MATTIAS ELLUL kellu t-tentattiv tiegħu minn pożizzjoni ideali jintemm wara Jake Galea.
Valletta: 16-Jake Galea, 6-Enzo Ruiz (13-Jake Azzopardi 93), 9-Adrian Santiago Ferraris (93-Diego Cardoso 93), 10-Shaun Dimech (22-Brandon Paiber 62), 14-Christian Gauci, 20-Federico Falcone, 30-Victor Luiz Prestes Filho, 44-Federico Vega, 66-Neil Anthony Micallef, 80-Alfred Silas, 88-David Garba (77-Jhonnatann Benites Da Conceicao 46) Coach: Vincenzo Potenza
Sta Lucia: 12-Francisco Da Silva, 3-Mattias Ellul, 6-Matthias Vella, 7-Steve Pisani (22-Hulk 62), 10-Tatsuro Nagamatsu (9-Wagner Pereira 76), 15-Adam Bradshaw, 17-Jurgen Pisani, 18-Jan Tanti (21-Jamie Carbone 68), 27-Alessio Piazza (11-Lucas Sena Silva 76), 33-Patrick De Oliveira, 80-Evandro Pinto Gomes Coach: Alessandro Zinnari
Referee: Slobodan Petrovic
Assistenti: Duncan Spencer, James Muscat
Raba’ Uff.: Darryl Agius
Skorers: F. Falcone 71 (V), M. Ellul 94 (SL)
Ammoniti: A. S. Ferraris, V. L. Prestes Filho, F. Falcone (V), T. Nagamatsu, J. Tanti, F. Da Silva (SL)
Player tal-Logħba: Federico Falcone (V)