Saturday, December 21, 2024

Sta Lucia ma japprofittawx minn vantaġġ numeriku

Aqra wkoll

Ritratt: Dominic Borg

Sta Lucia ………………0

Sliema Wanderers …..0

Minkejja li lagħbu għal aktar minn siegħa b’għaxra players, Sliema Wanderers irnexxielhom jieħdu punt fi draw ta’ 0-0 ma’ Santa Lucia f’ logħba fejn ftit li xejn rajna okkażjonijiet ta’ skor.

Għalkemm b’dan ir-riżultat, Santa Lucia żammew vantaġġ ta’ żewġ punti fuq l-istess Sliema, bla dubju dan kien riżultat diżappun­tanti għalihom hekk kif m’għarfux japprofittaw ruħhom mill-vantaġġ numeriku.

Kienu Santa Lucia li resqu viċin wara biss erba’ minuti permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Andre Prates li għaddiet barra filwaqt li fit-18-il minuta, Gianmarco Conti falla bi ftit b’xutt minn barra l-kaxxa.

Fit-22 minuta, il-Wanderers rrispondew b’konklużjoni ta’ Valmir Beri­sha mix-xellug li għaddiet ftit barra filwaqt li żewġ minuti wara, fuq in-naħa l-oħra, xutt mill-ew­wel ta’ Jamie Zerafa ġie salvat mill-goalkeeper, Ti­mothy Aqui­­lina. Fil-25 minuta, is- Slimiżi spiċċaw jilagħbu b’10 players hekk kif Danny Holla ġie mkeċċi wara daħla kerha fuq Andre Prates.

Fit-tieni taqsima, l-andament tal-logħba ma nbidilx b’Santa Lucia jgawdu mill-iniz­jattiva imma ftit li xejn setgħu jippenetraw lid-difiża ta’ Sliema.

Fis-62 minuta, Kieran Xuereb ittanta xortih b’xutt mill-bogħod iżda l-ballun għadda ftit barra. Erba’ minuti wara, conti ħarab tajjeb fuq ix-xellug iżda l-cross tiegħu ġie antiċipat mill-goalkeeper Sli­miż.

Tliet minuti mit-tmiem, il-goalkeeper ta’ Santa Lucia Julani Archibald imblokka free-kick ta’ Kurt Shaw biex ftit tas-sekondi wara f’kontrattakk veloċi għal Santa Lucia, Vito Plut għadda l-ballun lejn Alan da Silva Souza li kkonkluda ftit barra. Minuta wara, minn cross ta’ Conti, daqqa ta’ ras ta’ Plut ġiet salvata mill-goalkeeper ta’ Sliema.

Żewġ minuti fuq il-ħin, Santa Lucia kellhom ċans ieħor tajjeb li jiskorjaw iżda s-sostitut Jamie Carbone bir-ras tefa’ ftit għoli minn cross ta’ Jan Tanti.

STA LUCIA: 18-Julani Archibald, 4-Andre Prates, 6-Nicholas Pulis, 7-Gianmarco Conti, 8-Patrick Silva, 9-Vito Plut, 10-Alan Souza, 17-Victor Filho, 22-Jamie Zerafa (21-Jamie Carbone 77), 23-Dexter Xuereb, 98-Kieran Xuereb (14-Jan Tanti 63)  – Coach: Oliver Spiteri

SLIEMA W.: 1-Timothy Aquilina, 3-Juan Pablo Morales, 5-Kurt Shaw, 6-Gabriel Aquilina (18-Edmond Agius 65), 10-Inters Gui (8-Mark Scerri 76’), 21-Danny Holla, 25-Yuki Uchida (61-Myles Beerman 76), 71-Julius Bliek, 72-Raphael Kooh Sohna (9-Omar Elouni 56), 88-Dejan Vukovic, 99-Valmir Berisha (19-Jake Engerer 76)   – Coach: Andrea Pisanu

REFEREE: Darryl Agius

ASS. REFEREES: Roberto Vella, James Muscat

RABA’ UFF: Ishmael Barbara

AMMONITI: N. Pulis, P. Silva, V. Filho, A. Prates (SL); V. Berisha, E. Agius, K. Shaw, T. Aquilina (SW)

TKEĊĊA: D. Holla 25 (SW)

PLAYER TAL-LOGĦBA: Gianmarco Conti (Sta Lucia)

Ekonomija

Sport