Sta Lucia ……..3
Balzan …………3
F’partita mill-isbaħ Sta Lucia u Balzan spiċċaw fi draw ta’ 3-3.
Iż-żewġ timijiet ippreżentaw wirja denja u għaldaqstant dan ir-riżultat ta’ draw kien wieħed ġust.
Kienu Santa Lucia li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss seba’ minuti, huma fetħu l-iskor meta Dexter Xuereb indirizza cross għan-nofs li sab lil VITO PLUT li permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża xeħet ġewwa.
Balzan wieġbu fil-25 minuta u rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs meta minn azzjoni ta’ free-kick, il-ballun spiċċa għand BOJAN KALJEVIC li mill-viċin ma żbaljax.
Huma komplew fuq l-offensiva u disa’ minuti wara qalbu l-iskor favurihom permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa ta’ MILOS MIJIC li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Julan Archibald isalva.
Fit-tieni taqsima, Santa Lucia bdew jipproduċu logħob sabiħ u ta’ dan ġew ippremjati meta fit-68 minuta, FRANCISCO FARIAS kiseb id-draw b’xutt mill-viċin.
Madankollu, bilkemm il- Luċjani kellhom iċ-ċans jifirħu b’dan il-goal li Balzan ma reġghux marru fil-vantaġġ meta fit-73 minuta, UROS LJUBOMIRAC minn taħt il-lasta tefa lill-partitarji ta’ Balzan f’dellirju ta’ ferħ.
Fis-86 minuta Balzan fallew ċans tad-deheb minn Alves Da Paixao u ta’ dan pattew qares għax fit-88 minuta Sta Lucia kisbu d-draw minn FRANCISCO FARIAS b’xutt mill-viċin.
STA LUCIA: 18- Julan Archibald, 6-Nicholas Pulis, 7-Gianmarco Conti, 8-Patrick Silva Mota, 10-Alan Da Silva Souza, 11-Francisco Elomar Rodrigues Farias, 17-Victor Filho, 22-Jamie Zerafa (14-Jan Tanti 67), 23-Dexter Xuereb, 98-Kieran Xuereb (24-Liam McKay 88) – Coach: Oliver Spiteri
BALZAN: 12-Jake Galea, 3-Augfustine Loof, 7-Milan Duric (21-Neil Frendo 73), 8-Paul Fenech, 18-Uros Ljubomirac, 19-Milos Zlatkovic, 22-Gary Camilleri, 23-Milos Mijic, 77-Aleksa Andrejic (10- Alex Da Paixao Alves 73), 86-Bojan Kaljevic (20-Suleiman Jalu 85), 88-Sean Cipriott – Coach: Paul Zammit
REFEREE: Daniel Portelli
ASS. REFEREES: Mitchel Scerri, Vasil Vasilev
RABA’ UFF: Fyodor Zammit
SKORERS: V. Plut 7, F. Farias 68, 88 (SL); B. Kaljevic 25, M. Mijic 34, U. Ljubomirac 73 (B)
AMMONITI: A. Da Silva Souza, K. Xuereb, J. Zerafa (SL), M. Mijic, A. Andrejic, B. Kaljevic (B)