Tuesday, December 24, 2024

Sta Lucia u Sirens jaqsmu erba’ goals

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Sta Lucia …….2

Sirens ………..2

Sta Lucia u Sirens temmew fi draw ta’ 2-2 liema riżultat ikkuntenta l-aktar lit-team minn San Pawl il-Baħar f’din it-taqtiegħa għas-salvazzjoni.

Peró, il-Luċjani kien jistħoqqilhom xi ħaġa aħjar għax bla dubju kienu l-aħjar team.

Kien fis-16-il minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja  ta’ nota li ġiet min-naħa ta’ Sta Lucia meta minn free­kick, Jamie Zerafa għadda tajjeb lejn Vito Plut li mill-viċin kellu l-konklużjoni tiegħu tiġi mblukkata.

Fit-22 minuta, il-Luċjani tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta Jurgen Pisani minn taħt il-lasti għamel l-impossibbli u tefa’ għoli, b’Sirens jeħilsuha ħafif.

It-team immexxi mill-coach, Giovanni Tedesco, kompla jiddomina u fid-39 minuta, l-istess Pisani venven xutt qawwi, li iżda, għadda ftit barra.

Mandankollu, fil-41 minuta, kontra x-xejra tal-logħob, Sirens fetħu l-iskor meta BOGDAN GAVRILA avvanza tajjeb fil-kaxxa u spara l-ballun fis-saqaf tax-xibka.

Santa Lucia wieġbu fil-45 minuta meta Jamie Zerafa xeħet cross li sab lil Lorenzo Soares Fonseca li kellu t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta’ ras mill-viċin jintemm għoli.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Luċjani ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv li jġibu l-iskor indaqs u ma damux biex għamlu dan meta fil-55 minuta DAVIDY VALPOORT MEGHON qabeż player avversarju qabel tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

U proprju żewġ minuti biss wara, Santa Lucia qal­bu l-iskor favur tagħhom meta l-istess DAVIDY VALPOORT MEGHON mill-viċin tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper Jonathan Debono biex b’hekk irreġistra doppjetta personali f’temp ta’ 120 sekonda.

Il-partita kompliet tisbieħ u fil-75 minuta, Sirens kisbu d-draw meta wara li rċieva minn cross mil-lemin, BOGDAN GAVRILA approfitta u permezz ta’ xutt b’saħħtu spara l-ballun fix-xibka, biex  huwa wkoll skorja doppjetta.

Fil-ħin miżjud, Sirens resqu viċin li jiskorjaw il-goal tar-rebħa iżda Alfred Effiong sab lill-goalkeeper Justin Haber attent.

STA LUCIA: 16-Justin Haber, 4-Andre Prates, 5-Jurgen Pisani, 6-Nicholas Pulis, 7-Gianmarco Conti (98-Kieran Xuereb 60), 9-Vito Plut, 11-Davidy Ayrton Valpoort Meghon (14-Jan Tanti 90), 17-Victor Luiz Filho Prestes, 22-Jamie Zerafa, 24-Liam McKay (10-Alan Da Silva Souza 86), 29-Yoel Lorenzo Soares Fonseca   – Coach: Giovanni Tedesco

SIRENS: 1-Jonathan Debono, 5-Henrique Motta Marcelino, 7-Conor Borg (31-Degran Jackson 72), 10-Bogdan Gavrila, 11-Alfred Effiong, 15-Ad­rian Borg, 17-Jacob Walker, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 22-Alex Cini, 30-Carlos Castillo Riascos, 33-Vitor Vieira – Coach: Winston Muscat

REFEREE: Stefan Pace

ASS. REFEREES: Luke Portelli, Thomas Debono

RABA’ UFF: Alex Johnson  

SKORERS: B. Gavrila 41, 75 (S), D. A. Valpoort Meghon 55, 57 (SL)

AMMONITI:N. Pulis, L. Mc­Kay, A. Prates (SL)

Ekonomija

Sport