Saturday, December 21, 2024

Stabbiltà fil-prezzijiet  ta’ prodotti essenzjali tal-ikel

Aqra wkoll

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern, sidien ta’ supermarkets u importaturi tal-ikel li se jfisser stabbiltà fil-prezzijiet ta’ 15-il kategorija ta’ ikel essenzjali b’garanzija li l-prezz ta’ madwar 400 prodott mhux se jogħla meta l-Gvern jasal biex jippreżenta l-Budget għas-sena li ġejja. 

F’konferenza tal-aħbarijiet, ġie spjegat kif dan il-ftehim, li se jidħol fis-seħħ mill-bidu ta’ Frar li ġej, se jwassal għal roħs ta’ 15% fuq il-prezz rakkomandat li jinbigħ il-prodott partikolari. Dan se jwassal biex il-familji jkollhom iċ-ċertezza li r-realtà preżenti li prodott jogħla fil-prezz minn żmien għal żmien, issa se jibqa’ bi prezz stabbli għal diversi xhur. 

Preżenti għall-iffirmar ta’ dan il-ftehim kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela li rrimarka kif “qegħdin nagħtu serħan il-moħħ li sal-Budget, il-prezz ta’ prodotti essenzjali li jeħtieġu ta’ kuljum il-familji mhux se jerġa’ jiżdied.” 

Huwa kompla billi nnota wkoll l-parti li qed jagħmlu l-importaturi u s-sidien tas-supermarkets frott anki djalogu u diskussjonijiet miftuħa li qed jagħtu messaġġ qawwi favur aktar fiduċja fis-suq mill-konsumaturi. 

Il-Prim Ministru fisser din l-inizjattiva bħala spinta oħra lejn il-purchasing power tal-familji f’kuntest ta’ pajjiż li l-esperti jiċċertifikawh bħala dak li għandu l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Ewropa.

Dr Abela saħaq li l-politika ta’ stabbiltà, ċertezza u serħan il-moħħ se jibqa’ jħaddanha permezz ta’ miżuri oħra importanti bħall-għajnuna fil-qasam tal-enerġija, l-implimentazzjoni ta’ Budget soċjali u mingħajr taxxi introdotti. Dan fl-istess waqt li l-Gvern qed ikompli jtejjeb il-qagħda finanzjarja ta’ pajjiżna filwaqt li jippremja u jappoġġja l-bżulija, il-ħila u l-innovazzjoni tan-negozji.

Fi preżentazzjoni li ta l-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri ġie spjegat kif wara li sar studju dwar liema huma l-prodotti tal-ikel l-aktar kkonsmati f’pajjiżna, saret lista ta’ 15-il kategorija ta’ ikel u minn hemm bdew numru ta’ laqgħat mas-settur privat.

“Huwa ta’ sodisfazzjon li nara tant uċuħ familjari, ta’ importaturi u sidien ta’ stabbilmenti kbar li jbigħu prodotti tal-ikel, li lkoll qegħdin hawn għal għan wieħed. Kollha nifhmu li għandna bżonn nagħmlu l-almu tagħna biex inżommu kemm jista’ jkun il-prezzijiet stabbli, biex ma nħallux l-inflazzjoni tkompli togħla u tkun ta’ piż fuq il-familji tagħna, il-konsumaturi tagħkom”, qal il-Ministru Silvio Schembri hu u jinnota ġimgħat ta’ diskussjonijiet intensivi li wasslu għall-ftehim.

“Nifhmu li l-ħwienet iż-żgħar tal-merċa ma jistgħux jikkompetu ma’ stabbilimenti ferm akbar, iżda nemmnu f’din l-inizjattiva u biex l-impatt tagħha verament jinħass minn kulħadd għandna bżonn li anke dawn il-ħwienet jingħaqdu magħna. Għaldaqstant għas-sidien ta’ ħwienet żgħar li jingħaqdu fl-iskema se jkun hemm għotja ta’ €125 għal kull xahar li se jissieħbu fl-inizjattiva. Fil-fatt dawk il-ħwienet li huma interessati jkunu parti minn dan il-ftehim jistgħu jagħmlu dan billi jidħlu fis-sit tal-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi u jimlew formola apposta.

L-istabbilimenti u l-prodotti li se jkunu qed jagħmlu parti minn din l-inizjattiva se jkunu jistgħu jintgħarfu minn tabelli apposta bil-logo ta’ Stabbiltà. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb fuq is-sit ekonomija.gov.mt jew fuq freephone 153.

Liema huma l-prodotti li se jorħsu?

1 – Corned beef, full fat, light and reduced salt, in all sizes

2 – Cornflakes in packets or bags

3 – Cream Crackers in all sizes

4 -Fresh and frozen minced/ground beef and/or minced/ground pork and/or a combination of both, in packets

5 – Packed fresh and frozen pork chops

6 – Frozen raw chicken legs, both packed and in loose form/by weight, and fresh packed

7 – Frozen raw whole chicken, both packed and in loose form/by weight and fresh packed

8 – Frozen peas, broccoli and spinach in bags of all sizes (excluding organic)

9 – Imported Black tea bags of all sizes

10 – Instant coffee including decaff in all sizes

11 – Skipjack tuna in vegetable, soya or sunflower oil in tins of 70g to 200g

12 – Standard, low fat and reduced salt vegetable spreads in tubs or foil

13 – Straight cut froze friable french fries in bags of all sizes

14 – UHT milk: Semi-Skimmed ad Whole in cartons or bottles of all sizes

15 – Wheat spaghetti and penne in packets of all sizes.

Ekonomija

Sport