Monday, December 23, 2024

Stabet Mater – Kunċert għal żminijiet tal-Għid

Aqra wkoll

Il-Fundazzjoni Classique bi pjaċir tippreżenta STABAT MATER ta’ Giovanni Battista Pergolesi. Miktuba fl-1736, fl-aħħar perjodu tal-ħajja tal-kompożitur, din il-kompożizzjoni hi miktuba għal sopran, kuntralt, strumenti tal-korda u basso continuo. Il-kunċert ser jinkludi ukoll sinfonija tal-bużnannu ta’ Puccini, Antonio u l-famuż Adagio in Sol minore ta’ Albinoni/Giazotto. 

Jieħdu sehem is-sopran Nicola Said, l-alto Clare Ghigo, is-sezzjoni tal-korda tal-Malta Philharmonic Orchestra, ilkoll taħt id-direzzjoni ta’ Joseph Debrincat.

Il-kunċert ser jitella’ nhar it-Tlieta, 12 ta’ April 2022 fis-7.30 ta’ filghaxija ġewwa l-Katidral ta’ Għawdex. Dħul hu mingħajr ħlas iżda dawk interessati li jattendu  huma mħeġġa li jibbukjaw permezz ta’ email fuq: [email protected]. Il-miżuri kollha maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ser ikunu osservati filwaqt li l-ilbies tal-maskri waqt l-esekuzzjoni huwa obbligatorju. 

Dan il-kunċert seta’ jkun possibli grazzi għal-għajnuna tal-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

Ekonomija

Sport