Ħafna semmew id-destin ironiku tal-kowċ ta’ Sampdoria, Dejan Stankovic, li ra lit-tim tiegħu jiġi relegat fis-serie B Taljana wara t-telfa ta’ jumejn ilu kontra Udinese 2-0.
Fil-fatt fil-bidu ta’ dan l-istaġun l-eks plejer ta’ Inter kien qed imexxi lil Red Star Belgrade u kien rebaħ l-ewwel ħames logħbiet tal-kampjonat biex b’hekk ġab 15-il punt. Mill-banda l-oħra, hu ġab l-istess numru ta’ punti ma’ Sampdoria iżda dan kollu wara 26 logħba li ovvjament ma kinux biżżejjed sabiex isalvaw.
Stankovic wara l-logħba fi Friuli qal li għamel minn kollox biex jgħin lil dan it-tim iżda ma setax jevita din ir-relegazzjoni.