Monday, March 3, 2025

Starlites jirbħu l-BOV Basketball Knockout tal-ewwel diviżjoni

Aqra wkoll

Starlites żammew it-tazza tal-BOV Basketball Knockout tal-Ewwel Diviżjoni wara li għelbu lil Hibernians 75-74 fil-finali.

F’partita kumbattuta sal-aħħar, Starlites irnexxielhom jirbħu fl-aħħar sekondi wara li rnexxielhom jirkupraw minn żvantaġġ ta’ 10 punti, biex b’hekk żammew it-tiltu. Reddish-Rhône ta’ Starlites kien it-top scorer għal Starlites bi 23 punt filwaqt li għal Hibernians, Tederick Wolfe skorja 21 punt.

Iċ-Chief Operations Officer tal-Bank of Valletta, Ernest Agius u s-Segretarju Ġenerali tal-Malta Basketball Association, Joseph Muscat ippreżentaw it-tazza tal-BOV Basketball Knockout tal-Ewwel Diviżjoni lill-captain ta’ Starlites Ian Felice Pace.

Il-plejer ta’ Starlites, Benjamin Curran ġie vvutat il-BOV MVP tal-finali wara li temm il-partita bi 11-il punt, 19-il rebound, 3 steals u 5 assits.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport