Il-Hockey Association Malta tixtieq tifraħ lil Qormi Daikin Hockey Club għas-suċċess miksub fl-EuroHockey Challenge III, Men f’Kirklareli, it-Turkija.
Ir-rebħa tagħhom fil-finali tat-tournament u l-promozzjoni konsegwenti għall-European Challenge II hija suċċess mhux biss għall-Hockey Malti iżda għall-isport Malti inġenerali.
Dan is-suċċess huwa bla dubju attribwibbli għall-kwalità u t-taħriġ iebes tal-iskwadra kif ukoll l-organizzazzjoni u l-ippjanar mit-tim tal-kowċis, il-maniġment, kif ukoll is-segwitu qawwi tagħhom tal-partitarji.
Din ir-rebħa tirrappreżenta suċċess kbir u bla dubju se tispira klabbs u plejers oħra biex jistinkaw għas-suċċess.
Żgur li l-komunità Maltija kollha tal-hockey u l-Maltin kollha li jħobbu l-isport jingħaqdu magħna f’dawn is-sentimenti ta’ kongratulazzjoni u mument ta’ kburija li nkunu Maltin.
Il-Kumitat Eżekuttiv