Diversi stati madwar l-Istati Uniti fosthom Ohio, West Virginia, Pennsylvania u Maryland iddikjaraw stat ta’ emerġenza minħabba maltempati ta’ borra li qegħdin jolqtu l-inħawi.
Għalkemm s’issa ma kien hemm l-ebda dikjarazzjoni ta’ emerġenza, ħarġet twissija lir-residenti ta’ Washington DC minħabba maltemp estrem li se jkun qiegħed jolqtol dan l-istat.
S’issa niżlet borra bejn 15 u 30 ċentimetru u l-ħaddiema tat-tindif qegħdin isibha diffiċli biex inaddfu żoni importanti f’dawn l-istati minħabba riħ qawwi li hemm kif ukoll il-viżabbilità hija waħda baxxa ħafna.
Madwar il-pajjiż kollu ngħalqu aktar minn 100 skola u ħarġet twissija biex kemm jista’ jkun ħadd ma joħroġ mid-dar.
Intant, twissija li ħarġu l-awtoritajiet tal-Istati Uniti wissew lir-residenti biex kemm jista’ jkun ma joħorġux mid-dar. Hemm żoni fl-Istati Uniti li qatt ma raw sitwazzjoni bħal din fi żmien 32 sena. Esperti jgħidu li jekk is-sitwazzjoni tkompli tmur għall-agħar hemm posibbililtà kbira li jkun hemm qtugħ tad-dawl u għalhekk il-problema kbira għax miljuni ta’ ċittadini ma jkollhomx biex isaħħnu djarhom.