Sunday, December 22, 2024

Stat ta’ emerġenza fil-Haiti wara li ħarbu 4,000 priġunier minn ħabs

Aqra wkoll

Il-Gvern tal-Haiti ddikjara 72 siegħa ta’ stat ta’ emerġenza wara li nhar il-Ħadd grupp ta’ persuni armati attakkaw il-ħabs ta’ Port-au-Prince fejn mill-inqas inqatlu 12-il persuna u madwar 4,000 priġunier spiċċaw ħarbu.

Il-mexxejja tal-grupp ta’ persuni li attakkaw il-ħabs qalu li qegħdin jitolbu r-riżenja tal-Prim Ministru Ariel Henry li fil-ħin tal-attakk kif fuq żjara barra l-pajjiż.

Fil-pajjiż il-Gvern qiegħed jiffaċja sfidi kbar minħabba gruppi ta’ persuni armati li mis-sena 2020 qatlu eluf ta’ persuni.

Fi stqarrija l-Gvern tal-Haiti qal li l-attakk sar fuq żewġ ħabsijiet u mhux fuq wieħed u jidher li kollox kien ilu jiġi ppjanat.

Fost dawk li ħarbu mill-ħabs hemm membri ta’ għaqda kriminali li kienu qatlu lil President Jovenel Moïse fl-2021.

Ekonomija

Sport